
Interpretazzjoni – MARA u Hermann Bonaci | Kompożitur – Abigail Brown | Awtur – Joe M. Farrugia
Kanzunetta li żgur m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni - Tkellimni Xejn hija magħrufa bħala t-tema għas-serje Malti ‘Simpatiċi’. Din il-kanzunetta tinkwadra l-ħbiberiji u r-relazzjonijiet intimi li jkunu ta’ spalla għalina kemm fi żminijiet sbieħ, kif ukoll f’dawk inqas pjaċevoli, u l-avventuri li dawn ir-relazzjonijiet iġibu magħhom. Din il-kanzunetta kienet oriġinarjament interpretata minn Hermann Bonaci u Mary Rose Mallia, b’kompożizzjoni ta’ Abigail Brown u lirika ta’ Joe M. Farrugia. Hermann Bonaci qed jerġa jirritorna fuq il-palk, din id-darba mal-grupp MARA, għal interpretazzjoni ħelwa ta’ din il-kanzunetta klassika b’arranġament mużikali ta’ Joe Brown.
Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:
L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.
Comments