top of page

Titnieda l-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika

Festivals Malta

Updated: 7 days ago

Il-festival se jsir bejn is-27 u d-29 ta' Marzu 2025​​


Mużika Mużika ser jirritorna għall-ħames sena konsekuttiva, din id-darba b'sittax-il finalist li se jikkompetu f'Marzu li ġej. L-ewwel edizzjoni ta' Mużika Mużika ttellgħat lura fl-2021, permezz tar-ritorn tal-festival wara li ġie rridimensjonat minn Festivals Malta.

Il-Palk ta' Mużika Mużika 2025
Il-Palk ta' Mużika Mużika 2025

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici tenna l-importanza tal-preparamenti għal dan il-festival prestiġjuż, li bħalissa jinsabu fl-aqwa tagħhom. Dawn se jilħqu l-qofol fuq il-palk spettakolari ta' Mużika Mużika fl-MFCC, Ta' Qali. “Il-festival kiseb rispons pożittiv kbir, tant li qed ikompli jikber fil-popolarità, kemm fost l-artisti parteċipanti kif ukoll fost l-udjenzi numerużi li jsegwuh b'entużjażmu kull sena," sostna l-Ministru Owen Bonnici.



Iċ-Chairperson ta' Festivals Malta, Aaron Zahra qal “F'Marzu li ġej se niċċelebraw il-ħames sena ta' suċċess ta' Mużika Mużika; ħames snin ta' mużika Maltija tal-ogħla kwalità. Festival li l-poplu Malti ikun qiegħed jistenna. Festivals Malta tħares 'l quddiem biex tippreżenta spettaklu mill-aqwa. Dan il-festival issawwar fuq il-premessa li jippreserva l-kanzunetta Maltija, u mhux talli għamilna dan, talli Festivals Malta saħansitra rnexxielha televa l-kanzunetta Maltija u tagħtiha l-ġieħ li jistħoqqilha."


Ritratt: Visuals of Kyle
Ritratt: Visuals of Kyle

Il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, Frans Agius, qal “Mużika Mużika huwa wieħed mill-akbar festivals fil-portafoll ta' Festivals Malta li jinkludi madwar 150 tekniku u professjonist li jkunu qed jaħdmu waqt il-festival u minn wara l-kwinti. Bħala Festivals Malta nħarsu 'l quddiem biex f'Marzu li ġej ningħaqdu għal din iċ-ċelebrazzjoni ta' Mużika Maltija."


Ritratt: Visuals of Kyle
Ritratt: Visuals of Kyle

Iċ-Chairman ta' Mużika Mużika, Ray Bugeja spjega kif se jaħdem il-proċess tal-votazzjoni din is-sena. “B'differenza din is-sena l-votazzjoni tal-ewwel serata, jiġifieri tal-Ħamis, ser tkun esklussiva biss għas-sala, dak li qed insejħulu l-Vot tas-Sala. Il-membri tal-udjenza se jiġu mitluba jniżżlu app, li minnha jistgħu jissottomettu l-vot tagħhom. Dawn il-voti ser jinġabru biex jingħaddu mal-kumplament tal-voti tas-Sibt. B'hekk qed inħeġġu lill-pubbliku biex jiġu fis-sala ħalli jkollhom sehem fil-vot tagħhom tal-ewwel serata."


Ritratt: Visuals of Kyle
Ritratt: Visuals of Kyle

Id-Direttur Artistiku ta' Mużika Mużika Paul Abela qal, “Tul is-snin, mir-ritorn ta' Mużika Mużika, smajna diversi kanzunetti li daħlu fl-istorja mużikali ta' pajjiżna. Bħal kull sena, għandna kanzunetti oriġinali tal-ogħla kwalità interpretati minn artisti bravissimi. Element li dejjem spikka waqt Mużika Mużika hu l-orkestra live, u bħas-soltu din is-sena se jkollha post prominenti fuq il-palk."


Ritratt: Visuals of Kyle
Ritratt: Visuals of Kyle

Mużika Mużika se jittella' fl-MFCC ta' Qali u se jixxandar ukoll live fuq TVM, bejn is-27 u d-29 ta' Marzu 2025. Il-biljetti għas-sala jinsabu għall-bejgħ. Għall-aħħar aġġornamenti wieħed għandu jżur il-paġni tal-midja soċjali ta' Mużika Mużika u s-sit elettroniku www.muzikamuzika.mt.


Mużika Mużika huwa organizzat minn Festivals Malta bis-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Mużika Mużika huwa sponsorjat minn Carisma, Virtu Ferries, Gozo Highspeed u Waterfront Hotel.


 

Festivals Malta launches the fifth edition of Mużika Mużika

 

The festival will take place between the 27th and the 29th of March 2025

 

Mużika Mużika will return for the fifth consecutive year, with sixteen finalists competing for the winning title next March. Mużika Mużika made its comeback in 2021 when it was untrusted to Festivals Malta.


The Minister for National Heritage, the Arts and the Local Government spoke about the preparations required for this high-calibre festival. These preparations, which are currently underway, will culminate in March during Mużika Mużika, which is set to be held at the MFCC in Ta' Qali. "The festival was met with a positive response, which led to an increase in popularity both with the artists taking part, as well as with its numerous audiences," said Minister Owen Bonnici.

 

"Next March we will celebrate five successful years of Mużika Mużika; five years of Maltese Music of the highest quality. A festival that the Maltese people have been waiting for", stated the Chairman of Festivals Malta, Aaron Zahra. "I look forward for Festivals Malta to present a great production with what’s being prepared, including sixteen finalists who will compete in this year's edition. This festival was built on the premise of preserving the Maltese song, and Festivals Malta has not only achieved this goal, but we have also managed to elevate the Maltese song and to give it the importance it deserves."

 

The CEO of Festivals Malta, Frans Agius, said "Mużika Mużika is one of the biggest festivals in Festivals Malta’s portfolio, which includes the contribution of around 150 technicians and professional during the festival and behind the scenes. Our audiences have several aspects to look forward to for this fifth edition. We will have several surprises, and an extraordinary stage as expected of this festival. I am proud of what we have achieved so far, and I look forward to next March for a celebration of Maltese Music."

 

The Chairman of Mużika Mużika, Ray Bugeja explained how the voting process will work this year. "Unlike previous years, the voting on Thursday evening will be exclusive only to audiences at the MFCC. Audience members will be asked to download an app, from which they can submit their vote. These votes will be collected to be counted with the rest of Saturday's votes. In this way we are encouraging our audiences to come to the MFCC to be part of this experience."

 

The Artistic Director of Mużika Mużika Paul Abela said, "I am proud that we have reached the fifth edition of this festival. Over the years, we have heard several songs that have since made their mark on Malta’s musical history. Year after year, we have original songs of the highest quality interpreted by high-calibre artists. Furthermore, an element that always stands out during Mużika Mużika is the live orchestra, and as usual this year the ensemble will have a prominent place on our stage."

 

Mużika Mużika will be broadcast live on TVM, while also taking place at the MFCC Ta’ Qali between 27 and 29 March 2025. Tickets are now open for purchase. The public is encouraged to follow the festival’s social media pages and website www.muzikamuzika.mt for the latest updates.

 

Mużika Mużika is organised by Festivals Malta with the support of the Ministry for the National Heritage, the Arts and Local Government. Mużika Mużika is sponsored by Carisma, Virtu Ferries, Gozo Highspeed and Waterfront Hotel.

Comments


bottom of page